It-Tahrig Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda - SKEMA A

SKEMA A - Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.

Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, qed tniedi l-proġett ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ. Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji.

Il-Każini tal-Banda, f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jipprovdu liż-żgħażagħ bl-opportunita’ li jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom. L-għan ewlieni wara din l-iskema hija li tipprovdi assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali u/jew itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġa’ qegħdin jattendu l-każini. Dawn jistgħu wkoll iniedu inizjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom.

Il-proposti magħżula għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin: proposti miktuba b’mod ċar u loġiku, bi pjan ċar u realistiku ta’ kif se titwettaq l-inizjattiva; proposti li jirriflettu b’mod dirett l-għanijiet u relevanti għall-prijoritajiet ta’ din l-iskema, l-innovazzjoni tal-inizjattiva, evidenza ta’ żvilupp tat-tagħlim mużikali u tas-sostenibbilita’ u l-kontinwazzjoni tal-inizjattiva, miżuri ta’ viżibilita u baġit realistiku li juri li n-nefqa tirrifletti taħriġ mużikali.

It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda Skema A hija inizjattiva żviluppata għal sostenn u żvilupp tal-iskola tal-mużika f’każin tal-banda individwali. – 

• Inizjattiva tiswa sa massimu ta’ €3,000.00

l-Aġenzija Żgħażagħ tiffinanzja 80% tal-ispiża (sa massimu ta’ €2,400.00). L-20% li jibqa’ jridu jiġu ffinanzjati mill-Każini tal-Banda rispettivi. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti tal-ispejjeż indikati fil-proposta.

Tista' issib aktar informazzjoni dwar din l-iskema billi tgħafas hawn. Għal aktar tagħrif, ikkuntattjaw Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586700 jew fuq agenzija.zghazagh@gov.mt

Linji Gwida 2018

Linji Gwida aġġornati - 19 Ottubru 2017