It-Taħriġ Mużikali taż-Żghażagh fil-Każini tal-Banda - SKEMA B

SKEMA B - Inizjattiva Sottomessa minn grupp ta’ Każini. Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.

Closing Date:
Fri 1st Dec 2017
12:00:00 PM

Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, qed tniedi l-proġett ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ. Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji.

 

Il-Każini tal-Banda, f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jipprovdu liż-żgħażagħ bl-opportunita’ li jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom. L-għan ewlieni wara din l-iskema hija li tipprovdi assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali u/jew itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġa’ qegħdin jattendu l-każini. Dawn jistgħu wkoll iniedu inizjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom.

 

Il-proposti magħżula għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin: proposti miktuba b’mod ċar u loġiku, bi pjan ċar u  realistiku ta’ kif se titwettaq l-inizjattiva; proposti li jirriflettu b’mod dirett l-għanijiet u relevanti għall-prijoritajiet ta’ din l-iskema,  l-innovazzjoni tal-inizjattiva, evidenza ta’ żvilupp tat-tagħlim mużikali u tas-sostenibbilita’ u l-kontinwazzjoni tal-inizjattiva, miżuri ta’ viżibilita u baġit realistiku li juri li n-nefqa tirrifletti taħriġ mużikali.

 

It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda Skema B hija inizjattiva żviluppata għal proġetti ta’ taħriġ mużikali żviluppati minn żewġ għaqdiet mużikali jew aktar li jkunu qiegħdin jikkollaboraw flimkien.

 

Finanzjament ta’ Skema B: Inizjattiva li tiswa sa massimu ta’ €20,000.00, fejn għal kull partner jista’ jintalab €2,000.00. L-Aġenzija Żgħażagħ tiffinanzja 80% tal-ispiża. L-20% li jibqa’ jridu jiġu ffinanzjati mill-Każini tal-Banda rispettivi. L-Aġenzija Żgħażagħ tgħaddi l-finanzjament għand il-‘lead partner’. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti tal-ispejjeż indikati fil-proposta.

 

Proposti taħt din l-iskema isiru online permezz tal-portal www.vofunding.org.mt.

 

Koordinatriċi tal-Proġett:                                                  Maria C. Borg

Imejl:                                                                                    maria-carmela.borg@gov.mt

Tel:                                                                                        22586743

 

Għal għajnuna teknika dwar l-użu tal-Portal www.vofunding.org.mt:

Malta Council for the Voluntary Sector

Imejl:                                                                                               mcvs.mede@gov.mt

Tel:                                                                                        22481110


Linji Gwida 2018

Linji Gwida aġġornati - 19 Ottubru 2017