It-Tahrig Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda - SKEMA B 2020

SKEMA B - Inizjattiva Sottomessa minn grupp ta’ Każini. Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.

Closing Date:
Mon 28th Oct 2019
12:00:00 PM

Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, qed tniedi l-proġett ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ.

Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji. Il-Każini tal-Banda, f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jipprovdu liż-żgħażagħ bl-opportunita’ li jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom. L-għan ewlieni wara din l-iskema hija li tipprovdi assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali u/jew itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġa’ qegħdin jattendu l-każini.

Dawn jistgħu wkoll iniedu inizjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom. Il-proposti magħżula għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin: proposti miktuba b’mod ċar u loġiku, bi pjan ċar u realistiku ta’ kif se titwettaq l-inizjattiva; proposti li jirriflettu b’mod dirett l-għanijiet u relevanti għall-prijoritajiet ta’ din l-iskema, l-innovazzjoni tal-inizjattiva, evidenza ta’ żvilupp tat-tagħlim mużikali u tas-sostenibbilita’ u l-kontinwazzjoni tal-inizjattiva, miżuri ta’ viżibilita u baġit realistiku li juri li n-nefqa tirrifletti taħriġ mużikali.

It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda Skema B hija inizjattiva żviluppata għal proġetti ta’ taħriġ mużikali żviluppati minn żewġ għaqdiet mużikali jew aktar li jkunu qiegħdin jikkollaboraw flimkien. Finanzjament ta’ Skema B: Inizjattiva li tiswa sa massimu ta’ €20,000.00, fejn għal kull partner jista’ jintalab €2,000.00.

L-Aġenzija Żgħażagħ tiffinanzja 80% tal-ispiża. L-20% li jibqa’ jridu jiġu ffinanzjati mill-Każini tal-Banda rispettivi. L-Aġenzija Żgħażagħ tgħaddi l-finanzjament għand il-‘lead partner’. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti tal-ispejjeż indikati fil-proposta. Proposti taħt din l-iskema isiru online permezz tal-portal www.vofunding.org.mt. Koordinatriċi tal-Proġett: Maria C. Borg Imejl: maria-carmela.borg@gov.mt Tel: 22586743 Għal għajnuna teknika dwar l-użu tal-Portal www.vofunding.org.mt: Malta Council for the Voluntary Sector Imejl: mcvs.mede@gov.mt Tel: 22481110


Linji Gwida 2020

Linji Gwida aġġornati - 24 Settembru 2019