It-Tahrig Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda - SKEMA B

SKEMA B - Inizjattiva Sottomessa minn grupp ta’ Każini. Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.

It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda - SKEMA B

SKEMA B - Inizjattiva Sottomessa minn grupp ta’ Każini. Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.

Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, qed tniedi l-proġett ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ.

Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni.

Il-Każini tal-Banda, f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jipprovdu liż-żgħażagħ bl-opportunita’ li jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet mużikali tagħhom. L-għan ewlieni wara din l-iskema hija li tipprovdi assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali u/jew itejbu s-servizzi ta’ tagħlim għal dawk iż-żgħażagħ li diġa’ qegħdin jattendu l-każini.

Dawn jistgħu wkoll iniedu inizjattivi innovattivi u sostenibbli biex jibdew jew isaħħu l-istrutturi ta’ tagħlim mużikali tagħhom. Il-proposti magħżula għandhom jilħqu l-kriterji li ġejjin: proposti miktuba b’mod ċar u loġiku, bi pjan ċar u realistiku ta’ kif se titwettaq l-inizjattiva; proposti li jirriflettu b’mod dirett l-għanijiet u relevanti għall-prijoritajiet ta’ din l-iskema, l-innovazzjoni tal-inizjattiva, evidenza ta’ żvilupp tat-tagħlim mużikali u tas-sostenibbilita’ u l-kontinwazzjoni tal-inizjattiva, miżuri ta’ viżibilita u baġit realistiku li juri li n-nefqa tirrifletti taħriġ mużikali.

It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda Skema B hija inizjattiva żviluppata għal proġetti ta’ taħriġ mużikali żviluppati minn żewġ għaqdiet mużikali jew aktar li jkunu qiegħdin jikkollaboraw flimkien. Finanzjament ta’ Skema B: Inizjattiva li tiswa sa massimu ta’ €10,000, fejn għal kull partner jista’ jintalab €2,000.

Aġenzija Żgħażagħ tiffinanzja 80% tal-ispiża. L-20% li jibqa’ jridu jiġu ffinanzjati mill-Każini tal-Banda rispettivi. L-Aġenzija Żgħażagħ tgħaddi l-finanzjament għand il-‘lead partner’. Is-sussidju jingħata biss meta jiġu ppreżentati l-irċevuti tal-ispejjeż indikati fil-proposta.

Proposti taħt din l-iskema isiru online permezz tal-portal www.vofunding.org.mt
Koordinatur tal-Proġett: Maria Carmela Borg
Imejl: 
maria-carmela.borg@gov.mt
Tel: 22586700

Għal għajnuna teknika dwar l-użu tal-Portal www.vofunding.org.mt:
Malta Council for the Voluntary Sector
Imejl: mcvs.mivc@gov.mt
Tel: 22481110

Se ssir laqgħa onlajn nhar l-Erbgħa 4 t' Ottubru fil-17:30. Tista' tirreġistra permezz tal-link hawn taħt:

https://forms.office.com/e/sc5sDSUCTV


Linji Gwida

Riżultati

Riżultati Skema TMŻ 2024

Riżultati Arkivjati

Riżultati Skema TMŻ 2023

Riżultati Skema TMŻ 2022

Riżultati Skema TMŻ 2021

Riżultati Skema TMŻ 2020