Komunitajiet Aktar Inklussivi

Din għandha tiffoka fuq l-involviment ta’ żgħażagħ, adulti, anzjani u/jew persuni b’diżabilità li jingħaqdu flimkien f’dan il-proġett li jindirizza l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità jew l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat, u b’hekk il-proġett iservi bħala opportunità biex nagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħna.

Komunitajiet Aktar Inklussivi 2024 (MT)

 

1.       Għan  

L-għan ta’ dan il-fond huwa maqsum fi tnejn:

a.     Nippromwovu l-volontarjat fost il-komunitajiet lokali, u

b.     Inrawwmu kultura ta’ inklużjoni.  

 

Din l-iskema hija maħsuba sabiex tassisti lill-applikanti fit-twettiq ta’ proġett / inizjattiva biex nibnu komunitajiet aktar b’saħħithom  sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jirnexxi.

 

Din għandha tiffoka fuq l-involviment ta’ żgħażagħ, adulti, anzjani u/jew persuni b’diżabilità li jingħaqdu flimkien f’dan il-proġett li jindirizza l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità jew l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat, u b’hekk il-proġett iservi bħala opportunità biex nagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħna. 

 

2.       Eliġibilità tal-applikanti

Għaqdiet Volontarji reġistrati u konformi mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sad-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet elettroniċi.

 

3.       Proġetti u Inizjattivi

Il-proposti tal-proġett għandhom jibbażaw fuq waħda minn dawn il-kategoriji:  


i.            Proġetti u/jew inizjattivi ta’ għarfien bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani;


ii.            Proġetti u/jew inizjattivi parteċipattivi bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani;


iii.            Inizjattivi ta’ Edukazzjoni / Tagħlim bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani.   

 

4.       Formola tal-Applikazzjoni, Sottomissjoni u Mistoqsijiet

Applikazzjonijiet li ma jsegwux dawn il-Linji Gwida, jew li ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba skont il-formola tal-applikazzjoni, għandhom jiġu rifjutati.

 

L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi onlajn sat-3 ta’ Mejju 2024. Applikazzjonijiet li jidħlu tard ma jiġux ikkunsidrati.

 

Kull mistoqsija dwar din l-iskema għandha tintbgħat permezz ta’ email fuq skemi.miv@gov.mt.  

Linji Gwida

Linji Gwida Komunitajiet Aktar Inklussivi