It-Tahrig Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda
Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.
It-Taħriġ
Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda
Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda f’Malta u
f’Għawdex biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew
jitgħallmu strumenti mużikali.
Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, qed tniedi l-proġett ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ. Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
(i) iħeġġu liż-żgħażagħ li għandhom sa 30 sena (sa tmiem
l-2025) biex jibdew jew ikomplu t-tagħlim mużikali.
(ii) jwasslu programm ta’ tagħlim tal-mużika li jipprovdi
prattika tal-istrumenti, it-teorija tal-mużika u t-taħriġ fis-smigħ.
Dan għandu jinkiseb biss permezz ta’:
I) xiri ta’ strumenti mużikali u aċċessorji mużikali
għall-iskola tal-mużika, u
II) servizzi ta’
tagħlim liż-żgħażagħ.
L-Aġenzija Żgħażagħ tiffinanzja 100% tal-ispiża sa
massimu ta’ €2,500 (inkluża l-VAT). Biex l-Għaqda tkun eliġibbli biex tapplika
għal din l-iskema, trid tkun reġistrata ma’ l-Għaqda Każini tal-Banda u tkun
konformi mal-kriterji ta’ eliġibilita’.
Proposti taħt din
l-iskema jsiru online fuq bażi first-come first-served permezz tal-portal www.vofunding.org.mt. L-applikazzjoni tiftaħ f’nofsinhar tat-13 ta’ Jannar, 2025 u tibqa’ miftuħa sakemm
il-fondi jiġu eżawriti jew sa nofsinhar tal-20 ta’ Jannar, 2025 skont liema
jiġi l-ewwel.
Koordinatur
tal-Proġett: Maria Carmela Borg
Imejl: maria-carmela.borg@gov.mt
Tel: 22586700
Għal għajnuna teknika dwar l-użu tal-Portal www.vofunding.org.mt:
Malta Council for the Voluntary Sector
Imejl: mcvs.miv@gov.mt
Tel: 22481110