Komunitajiet Aktar Inklussivi
Din għandha tiffoka fuq l-involviment ta’ żgħażagħ, adulti, anzjani u/jew persuni b’diżabilità li jingħaqdu flimkien f’dan il-proġett li jindirizza l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità jew l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat, u b’hekk il-proġett iservi bħala opportunità biex nagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħna.
Closing Date:
Fri 16th May 2025
12:00:00 PM
Komunitajiet Aktar Inklussivi 2025 (MT)
1. Għan
L-għan ta’ dan il-fond huwa maqsum fi tnejn:
a. Nippromwovu l-volontarjat fost il-komunitajiet lokali, u
b. Inrawwmu kultura ta’ inklużjoni.
Din l-iskema hija maħsuba sabiex tassisti lill-applikanti fit-twettiq ta’ proġett / inizjattiva biex nibnu komunitajiet aktar b’saħħithom sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jirnexxi.
Din għandha tiffoka fuq l-involviment ta’ żgħażagħ, adulti, anzjani u/jew persuni b’diżabilità li jingħaqdu flimkien f’dan il-proġett li jindirizza l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità jew l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat, u b’hekk il-proġett iservi bħala opportunità biex nagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħna.
2. Eliġibilità tal-applikanti
Għaqdiet Volontarji reġistrati u konformi mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sad-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet elettroniċi.
3. Proġetti u Inizjattivi
Il-proposti tal-proġett għandhom jibbażaw fuq waħda minn dawn il-kategoriji:
i. Proġetti u/jew inizjattivi ta’ għarfien bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani;
ii. Proġetti u/jew inizjattivi parteċipattivi bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani;
iii. Inizjattivi ta’ Edukazzjoni / Tagħlim bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani.
4. Formola tal-Applikazzjoni, Sottomissjoni u Mistoqsijiet
Applikazzjonijiet li ma jsegwux dawn il-Linji Gwida, jew li ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba skont il-formola tal-applikazzjoni, għandhom jiġu rifjutati.
L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi onlajn sat-16 ta’ Mejju 2025 sa nofs in-nhar. Applikazzjonijiet li jidħlu tard ma jiġux ikkunsidrati.
Kull mistoqsija dwar din l-iskema għandha tintbgħat permezz ta’ email fuq skemi.miv@gov.mt.
Linji Gwida
Linji Gwida Komunitajiet Aktar Inklussivi