It-Tahrig Muzikali taz-Zghazagh fil-Kazini tal-Banda 2026
Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu strumenti mużikali.
Closing Date:
Mon 19th Jan 2026
12:00:00 PM
It-Taħrig Mużikali taż-Żgħazagħ fil-Każini tal-Banda
Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex
joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew jitgħallmu
strumenti mużikali.
It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda
Assistenza finanzjarja lill-Każini tal-Banda f’Malta u
f’Għawdex biex joħorġu b’inizjattivi u proposti li bihom iħeġġu żgħażagħ jibdew
jitgħallmu strumenti mużikali.
Aġenzija Żgħażagħ bil-kollaborazzjoni tal-Għaqda Każini tal-Banda, qed tniedi l-proġett ‘It-Taħriġ Mużikali taż-Żgħażagħ fil-Każini tal-Banda’ bħala parti mill-programm ta’ Sapport lill-Għaqdiet taż-Żgħażagħ. Dan il-proġett qiegħed jiġi amministrat mill-istess Aġenzija, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni.
Il-Każini tal-Baned f’diversi bliet u rħula Maltin u Għawdxin jipprovdu
liż-żgħażagħ bl-opportunita’ li jitgħallmu u jiżviluppaw il-ħiliet mużikali
tagħhom mingħajr ħlas. L-għan ewlieni wara din l-iskema huwa li tingħata
għajnuna finanzjarja lill-Każini tal-Banda lokali biex joħorġu bi proposti li:
(i) iħeġġu liż-żgħażagħ li għandhom sa 30 sena (sa tmiem
l-2026) biex jibdew jew ikomplu t-tagħlim mużikali.
(ii) jwasslu programm ta’ tagħlim tal-mużika li jipprovdi
prattika tal-istrumenti, it-teorija tal-mużika u t-taħriġ fis-smigħ.
Dan għandu jinkiseb biss permezz ta’:
I) xiri ta’ strumenti mużikali u aċċessorji mużikali
għall-iskola tal-mużika, u
II) servizzi ta’ tagħlim liż-żgħażagħ.
L-Aġenzija Żgħażagħ tiffinanzja 100% tal-ispiża sa massimu ta’ €2,500 (inkluża l-VAT). Biex l-Għaqda tkun eliġibbli biex tapplika għal din l-iskema, trid tkun reġistrata ma’ l-Għaqda Każini tal-Banda u tkun konformi mal-kriterji ta’ eliġibilita’.
Proposti taħt din
l-iskema jsiru online fuq bażi first-come first-served permezz tal-portal www.vofunding.org.mt. L-applikazzjoni tiftaħ f’nofsinhar tat-12 ta’ Jannar, 2026 u
tibqa’ miftuħa sakemm il-fondi jiġu eżawriti jew sa nofsinhar tal-19 ta’
Jannar, 2026 skont liema jiġi l-ewwel.
Koordinatur
tal-Proġett: Maria C. Borg
Imejl: maria-carmela.borg@gov.mt
Tel: 22586700
Għal għajnuna teknika dwar l-użu tal-Portal www.vofunding.org.mt:
Malta Council for the Voluntary Sector
Imejl: mcvs.miv@gov.mt
Tel: 22481110