Komunitajiet Aktar Inklussivi 2026 (MT)

Din l-iskema hija maħsuba sabiex tassisti lill-applikanti fit-twettiq ta’ proġett / inizjattiva biex nibnu komunitajiet aktar b’saħħithom sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jirnexxi.

Closing Date:
Fri 17th Apr 2026
12:00:00 PM

Komunitajiet Aktar Inklussivi 2026(MT)

 1.       Għan  

L-għan ta’ dan il-fond huwa maqsum fi tnejn:

a.     Nippromwovu l-volontarjat fost il-komunitajiet lokaliu

b.     Inrawwmu kultura ta’ inklużjoni.   

Din l-iskema hija maħsuba sabiex tassisti lill-applikanti fit-twettiq ta’ proġett / inizjattiva biex nibnu komunitajiet aktar b’saħħithom  sabiex kulħadd ikollu l-opportunità li jirnexxi.

Din għandha tiffoka fuq l-involviment ta’ żgħażagħ, adulti, anzjani u/jew persuni b’diżabilità li jingħaqdu flimkien f’dan il-proġett li jindirizza l-Istrateġija Nazzjonali għall-Persuni b’Diżabilità jew l-Istrateġija Nazzjonali għall-Volontarjat, u b’hekk il-proġett iservi bħala opportunità biex nagħmlu differenza fil-komunitajiet tagħna. 

 2.       Eliġibilità tal-applikanti

Għaqdiet Volontarji reġistrati u konformi mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji sad-data tal-għeluq għas-sottomissjonijiet tal-applikazzjonijiet elettroniċi.

 3.       Proġetti u Inizjattivi

Il-proposti tal-proġett għandhom jibbażaw fuq waħda minn dawn il-kategoriji:  

i.     Proġetti u/jew inizjattivi ta’ għarfien bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani;
ii.    Proġetti u/jew inizjattivi parteċipattivi bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani;
iii.   Inizjattivi ta’ Edukazzjoni / Tagħlim bl-involviment ta’ persuni b’diżabilità / tfal / żgħażagħ / adulti / anzjani.   

 4.        Tul tal-proġett

Sa massimu ta’ tnax (12) -il xahar konsekuttiv li jibdew mill-1 ta’ Settembru 2026 sal-31 t’Awwissu 2027.

 5.       Formola tal-Applikazzjoni, Sottomissjoni u Mistoqsijiet

Applikazzjonijiet li ma jsegwux dawn il-Linji Gwida, jew li ma jkollhomx l-informazzjoni mitluba skont il-formola tal-applikazzjoni, għandhom jiġu rifjutati.

 L-applikazzjonijiet għandhom ikunu sottomessi onlajn sas-17 t’April 2026 sa nofs in-nhar. Applikazzjonijiet li jidħlu tard ma jiġux ikkunsidrati.

 Kull mistoqsija dwar din l-iskema għandha tintbagħat permezz ta’ email fuq skemi.miv@gov.mt

Linji Gwida

Linji Gwida Komunitajiet Aktar Inklussivi

Tabella Kumparattiva KAI

Comparative Table KAI 2026