Skema Solidarjeta mal-Vittmi tad-Droga 2021

Solidarjetà mal-Vittmi tad-Droga hija inizjattiva ta’ finanzjament imnedija mill–Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza u l-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, immirata għal Għaqdiet Volontarji li b’xi mod jistgħu jkunu ta’ għajnuna għal persuni li jabbużaw mid-droga.

Il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jerfa’ r-responsabilitajiet tiegħu u jkompli jsaħħaħ l-għajnuna li jagħti lill-persuni maħkuma mill-abbuż tad-droga. L-għan ta’ din l-iskema hija biex tintwera solidarjetà mal-vittmi ġenwini tad-droga li ma jistħoqqilhom xejn għajr għajnuna sabiex joħorġu minn dan il-vizzju kiefer u jerġgħu jqumu fuq saqajhom kif ukoll isibu posthom lura fis-soċjetà.

Iffinanzjata minn fondi li nġabru minn reati konnessi ma’ traffikar u abbuż mid-droga, din liskema għandha l-għan biex toffri għajnuna lill-għaqdiet volontarji u tħeġġiġhom biex

jimplimentaw proġetti/attivitajiet li permezz tagħhom jgħaddu messaġġ pożittiv ta’ kuraġġ u tama lil persuni vittmi mill-abbuż tad-droga.

It-talba ghall-applikazzjonijiet tghalaq nhar il-Gimgha 3 ta' Dicembru 2021 f' nofs in-nhar.

Linji Gwida